# L.S. 601.05, regolament 113. Eżekuzzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/113 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/113
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

L-entità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-durata u l-valur tal-fażijiet differenti jirreflettu l-livell ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhix disponibbli fis-suq. Il-valur stmat ta’ provvisti, servizzi jew xogħlijiet mixtrija ma għandux ikun sproporzjonat meta mqabbel mal-investiment għall-iżvilupp tagħhom.
