# L.S. 601.05, regolament 112. Drittijiet tal-proprjetà intellettwali

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/112 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/112
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-entità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mar-regolament 62, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.
