# L.S. 601.05, regolament 111. Għażla

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/111 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/111
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Fl-għażla tal-kandidati, l-entitajiet kontraenti għandhom b’mod partikolari japplikaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi.
(2) Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-entità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti bis-soluzzjonijiet eżistenti.
