# L.S. 601.05, regolament 11. Portijiet u ajruporti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/11 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/11
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-isfruttar ta’ żona ġeografika għall-finijiet ta’ provvista ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet oħra ta’ terminals għal trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma.
