# L.S. 601.05, regolament 108. Stuttura

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/108 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/108
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-provvista, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti parzjali adatti.
