# L.S. 601.05, regolament 107. Għan

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/107 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/107
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Is-sħubija għall-innovazzjoni għandu jkollha l-għan li tiżviluppa prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li jirriżultaw, sakemm huma jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż massimi maqbula bejn l-entitajiet kontraenti u l-parteċipanti.
