# L.S. 601.05, regolament 104. Kontenut tad-dokument ta’ akkwist

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/104 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/104
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma tistax tintlaħaq bix-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet li huma diġà disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-indikazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura.
