# L.S. 601.05, regolament 102. Sħubija għall-innovazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/102 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/102
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Id-Direttur jista’, wara li jiġi mitlub mill-entità kontraenti, bla ħsara għal xi kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa li jimponi, japprova bil-miktub l-użu tal-proċedura għas-sħubija għall-innovazzjoni. Id-Direttur jista’ jimponi xi kundizzjoni li huwa jqis neċessarja għall-eżekuzzjoni korretta ta' din il-proċedura.
(2) Il-talba msemmija għandha tiġi sostnuta b’dokumenti li juru li l-bżonn tal-entità kontraenti ma tistax tintlaħaq bix-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet disponibbli fuq is-suq.
