# PPR, Skeda 9. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-9 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-9
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

## TAQSIMA A
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel fuq profil ta’ xerrej
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentralizzat tal-akkwisti jew li hija jew jista’ jkun hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
4. Il-kodiċi CPV.
5. L-indirizz fuq l-internet tal-"profil ta’ xerrej" (URL).
6. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.
## TAQSIMA B
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi informattivi minn qabel (kif imsemmi fir-regolament 41)
I. Informazzjoni li għandha tiġi tiddaħħal fil-każijiet kollha
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fir-regolament 49(1), indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.
3. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
4. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentralizzat tal-akkwisti jew li hija jew jista’ jkun hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
5. Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
6. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
7. Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.
8. Fejn dan l-avviż ma jintużax bħala mezz sabiex isejjaħ għall-kompetizzjoni, id-data/i stmati għall-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt jew avviżi dwar kuntratti fir-rigward tal-kuntratt(i) msemmija f’dan l-avviż informattiv minn qabel.
9. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
10. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
11. Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex kopert mill-FAP.
II. Informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta meta l-avviż jintuża bħala mezz sabiex isejjaħ għal kompetizzjoni
1. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom jgħarrfu lill-awtorità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.
2. Tip ta’ proċedura tal-għoti (proċeduri ristretti, li jinvolvu sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri kompetittivi man-negozjar).
3. Meta xieraq, indikazzjoni jekk hemm involut ftehim qafas.
4. Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi u d-dewmien tal-kuntratt.
5. Sa fejn dawn ikunu diġà magħrufa, il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
   (a) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti;
   (b) fejn dik tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-għoti tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
   (ċ) deskrizzjoni qasira tal-kriterji tal-għażla.
6. Sa fejn dawn ikunu diġà magħrufa, deskrizzjoni qasira tal-kriterji li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt.
7. Sa fejn dan ikun diġà magħruf, il-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
8. Limiti ta’ żmien għar-riċevuta tal-espressjonijiet ta’ interess.
9. Indirizz fejn għandhom jiġu trasmessi l-espressjonijiet ta’ interess.
10. Lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.
11. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:
   (a) hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,
   (b) hijiex ser tintuża ordni elettronika,
   (ċ) huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,
   (d) jekk huwiex ser ikun aċċettat il-ħlas elettroniku.
12. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.
13. L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward il-limiti ta’ żmien għall-proċeduri ta’ reviżjoni jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
## TAQSIMA Ċ
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif imsemmi fir-regolament 42
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fir-regolament 49, indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.
3. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
4. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-awtorità kontraenti hija korp ċentrali għall-akkwist jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
5. Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
6. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
7. Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Meta l-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott. Fejn xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla.
8. L-ordni tal-kobor totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
9. Ammissjoni jew projbizzjoni ta’ varjanti.
10. Il-perijodu għat-twassil jew il-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u, sa fejn ikun possibbli, id-dewmien tal-kuntratt:
   (a) fil-każ ta’ ftehim qafas, indikazzjoni tad-dewmien ippjanat tal-ftehim qafas, li tiddikjara, fejn dan ikun xieraq, ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien li jaqbeż l-erba’ snin; sa fejn din tkun possibbli, indikazzjoni tal-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw, in-numru u, fejn dan ikun xieraq, in-numru massimu propost ta’ operaturi ekonomiċi li għandhom jieħdu sehem;
   (b) fil-każ ta’ sistema dinamika ta’ xiri, indikazzjoni tad-dewmien ippjanat ta’ dik is-sistema; sa fejn tkun possibbli, indikazzjoni tal-valur jew l-ordni tal-kobor u l-frekwenza tal-kuntratti li għandhom jingħataw.
11. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
   (a) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti;
   (b) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva rilevanti;
   (ċ) lista u deskrizzjoni qasira tal-kriterji rigward is-sitwazzjoni personali tal-operaturi ekonomiċi li tista’ twassal għall-esklużjoni tagħhom u tal-kriterji tal-għażla; livelli minimi ta’ standards possibilment meħtieġa; indikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa (dikjarazzjonijiet proprji, dokumentazzjoni).
12. Tip ta’ proċedura tal-għoti; fejn xierqa, raġunijiet għall-użu ta’ proċedura aktar imħaffa (fi proċeduri miftuħa u ristretti u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar).
13. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:
   (a) huwiex involut ftehim qafas,
   (b) hijiex involuta sistema dinamika ta’ xiri,
   (ċ) huwiex involut irkant elettroniku (fil-każ ta’ proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar).
14. Fejn il-kuntratt għandu jinqasam f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibbiltà li jsiru offerti għal lott waħda, għal diversi jew għal-lottijiet kollha; indikazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni possibbli tan-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed. Fejn il-kuntratt ma jinqasamx f’lottijiet, indikazzjoni tar-raġunijiet għal dan, sakemm din l-informazzjoni ma tingħatax fir-rapport individwali.
15. Fil-każ ta’ proċedura ristretta, proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, fejn sar rikors għall-għażla ta’ tnaqqis tan-numru ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna jissottomettu offerti, jinnegozjaw jew jieħdu sehem fid-djalogu: numru minimu u, fejn xieraq, massimu propost ta’ kandidati u kriterji oġġettivi li għandhom jintużaw sabiex jintgħażlu l-kandidati inkwistjoni.
16. Fil-każ ta’ proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, indikazzjoni, fejn din tkun xierqa, tar-rikors għal proċedura maqsuma fi stadji sabiex jitnaqqas b’mod gradwali n-numru ta’ offerti li għandhom jiġu negozjati jew in-numru ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi.
17. Fejn xieraq, kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
18. Il-kriterji li għandhom jintużaw għall-għoti ta’ kuntratt jew kuntratti. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, għandhom jiġu indikati l-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv.
19. Limitu ta’ żmien biex jaslu l-offerti (proċeduri miftuħa) jew talbiet għall-parteċipazzjoni (proċeduri ristrtti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, sistemi ta’ xiri dinamiku, djalogi kompetittivi, sħubijiet ta’ innovazzjoni).
20. L-indirizz fejn għandhom jibagħtu l-offerti jew it-talbiet għal parteċipazzjoni.
21. Fil-każ ta’ proċeduri miftuħa:
   (a) il-perijodu ta’ żmien li matulu l-offerent irid iżomm l-offerta tiegħu,
   (b) id-data, il-ħin u l-post għall-ftuħ tal-offerti,
   (ċ) il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti f’dan il-ftuħ.
22. Il-lingwa jew lingwi li biha/bihom iridu jinkitbu l-offerti jew it-talbiet għal parteċipazzjoni.
23. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:
   (a) hijiex ser tkun aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,
   (b) hijiex ser tintuża ordni elettronika,
   (ċ) huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,
   (d) jekk huwiex ser ikun aċċettat il-ħlas elettroniku.
24. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.
25. L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-dati ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
26. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) reklamati f’dan l-avviż.
27. Fil-każ ta’ akkwist rikorrenti, l-iskeda ta’ żmien stmata sabiex jiġu ppubblikati avviżi ulterjuri.
28. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
29. Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex kopert mill-FAP.
30. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
## TAQSIMA D
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tal-għoti tal-kuntratt (kif imsemmi fir-regolament 43)
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
4. Il-kodiċi CPV.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi.
6. Deskrizzjoni qasira tal-akkwist: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Meta l-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta għal kull lott. Fejn xieraq, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe għażla.
7. Tip ta’ proċedura talgħoti; fil-każ ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, ġustifikazzjoni.
8. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk:
   (a) kienx involut ftehim qafas,
   (b) kinitx involuta sistema dinamika ta’ xiri.
9. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 67 li ntużaw għall-għoti tal-kuntratt jew kuntratti. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk kinitx inovluta l-organizzazzjoni ta’ irkant elettroniku (fil-każ ta’ proċeduri miftuħa jew ristretti jew proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar b’pubblikazzjoni minn qabel).
10. Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew il-ftehim(iet) qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).
11. In-numru ta’ offerti riċevuti fir-rigward ta’ kull għoti, inkluż:
   (a) in-numru ta’ offerti riċevuti minn operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji,
   (b) numru ta’ offerti riċevuti minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz,
   (ċ) in-numru ta’ offerti riċevuti b’mod elettroniku.
12. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluża:
   (a) informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja,
   (b) informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil grupp ta’ operaturi ekonomiċi (impriża konġunta, konsorzju jew oħrajn).
13. Il-valur tal-offerta (offerti) li ntgħażlu jew l-ogħla offerta u l-inqas offerta li ttieħdu f’kunsiderazzjoni għall-għoti jew għotjiet ta’ kuntratti.
14. Fejn dawn ikunu xierqa, għal kull għoti, il-valur u l-proporzjon tal-kuntratt li aktarx li jingħata bħala subkuntratt lil partijiet terzi.
15. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.
16. L-isem u l-indirizz tal- korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża rigward id-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
17. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) reklamati f’dan l-avviż.
18. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
19. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
## TAQSIMA E
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fit-tfassil tal-avviżi tal-kompetizzjoni (kif imsemmi fir-regolament 46)
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti ta’ akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mhux mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet stabbiliti fir-regolament 49, indikazzjoni kif id-dokumenti ta’ akkwisti jistgħu jiġu aċċessati.
3. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
4. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
5. Il-kodiċi CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.
6. Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-proġett.
7. In-numru u l-valur ta’ kwalunkwe premju.
8. It-tip ta’ kompetizzjoni tad-disinn (miftuħa jew ristretta).
9. Fil-każ ta’ kompetizzjoni miftuħa tad-disinn, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ proġetti.
10. Fil-każ ta’ kompetizzjoni ristretta tad-disinn:
   (a) in-numru ta’ parteċipanti ppjanati,
   (b) l-ismijiet tal-parteċipanti li diġà ntgħażlu, jekk ikun hemm,
   (ċ) il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti,
   (d) il-limitu ta’ żmien għat-talbiet għal parteċipazzjoni.
11. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni li l-parteċipazzjoni hija ristretta għal professjoni speċifika.
12. Il-kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni tal-proġetti.
13. Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija torbotx fuq l-awtorità kontraenti.
14. Il-ħlasijiet li jridu jsiru lill-parteċipanti kollha, jekk ikun hemm.
15. Indikazzjoni dwar jekk wara l-kompetizzjoni tad-disinn humiex ser jingħataw xi kuntratti lir-rebbieħ jew rebbieħa tal-kompetizzjoni tad-disinn.
16. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
17. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
## TAQSIMA F
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi tar-riżultati tal-kompetizzjoni (kif imsemmi fir-regolament 46(3) u (4))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.
4. Il-kodiċi CPV.
5. Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tal-proġett.
6. Valur tal-premji.
7. It-tip ta’ kompetizzjoni (miftuħa jew ristretta) tad-disinn.
8. Kriterji li ġew applikati fl-evalwazzjoni tal-proġetti.
9. Id-data tad-deċiżjoni tal-ġurija.
10. In-numru ta’ parteċipanti.
   (a) in-numru ta’ parteċipanti li huma SMEs.
   (b) in-numru ta’ parteċipanti minn barra l-pajjiż.
11. L-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tar-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni u indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħ(a) huwiex/humiex impriżi żgħar u medji.
12. Informazzjoni dwar jekk il-kompetizzjoni ta’ disinn hijiex relatata ma’ proġett jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.
13. Data/i u refereza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-proġett(i) kkonċernati minn dan l-avviż.
14. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
15. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
## TAQSIMA G
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża f’avviżi ta’ modifiki ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif imsemmi fir-regolament 246 (1) u (2))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.
2. Il-kodiċi CPV.
3. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi.
4. Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u sa fejn huma estiżi x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.
5. Fejn applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkawżata mill-modifika.
6. Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li rendew il-modifika neċessarja.
7. Id-data tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.
8. Fejn applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-attur ekonomiku jew tal-operaturi l-ġodda.
9. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni.
10. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Data/i u referenza/i ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rilevanti għall-kuntratt(i) kkonċernat(i) minn dan l-avviż.
12. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
13. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
## TAQSIMA H
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar għoti ta’ kuntratt li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif imsemmi fir-regolament 163(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-awtorità kontraenti.
2. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi.
3. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inklużi l-kodiċi CPV.
4. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
   - fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal workshops protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għal programmi ta’ impjiegi protetti,
   - fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari.
5. Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-awtorità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.
6. Deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li ser tkun applikata.
## TAQSIMA I
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi minn qabel għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi (kif imsemmi fir-regolament 163(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti.
2. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-valur totali stmat tal-kuntratt u l-kodiċi CPV.
3. Sa fejn dan ikun diġà magħruf:
   (a) il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi;
   (b) il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt;
   (ċ) kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
      - fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt pubbliku huwiex ristrett għal workshops protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex ristrett għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti;
      - fejn dik tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
   (d) deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.
4. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità kontraenti dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-perijodu u limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.
## TAQSIMA J
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar għoti ta’ kuntratt li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif imsemmi fir-regolament 163(2))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraentii.
2. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inklużi l-kodiċi CPV.
3. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ provvista u ta’ servizzi.
4. In-numru ta’ offerti riċevuti.
5. Il-prezz jew il-firxa ta’ prezzijiet (massimi/minimi) mħallsa.
6. Għal kull għotja, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-operatur ekonomiku jew l-operaturi li ntgħażlu.
7. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
