# PPR, Skeda 8. Rekwiżiti relatati mal-Għodod u l-Istrumenti għar-Riċevuta Elettronika ta’ Offerti, Talbiet għal Parteċipazzjoni kif ukoll Pjanijiet u Proġetti f’Kompetizzjonijiet tad-Disinn

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-8 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-8
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-għodod u l-istrumenti għar-riċevuta elettronika ta’ offerti, talbiet għal parteċipazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tad-disinn għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:
   (a) jkunu jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni l-ħin u d-data eżatti tar-riċevuta tal-offerta, tat-talbiet għal parteċipazzjoni u s-sottomissjoni ta’ pjanijiet u proġetti;
   (b) jkun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawn ir-rekwiżiti;
   (ċ) persuni awtorizzati biss jistgħu jfasslu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data riċevuta;
   (d) matul l-istadji differenti tal-proċedura ta’ akkwist jew tal-kompetizzjoni tad-disinn, l-aċċess għad-data kollha sottomessa, jew għal parti minnha, irid ikun possibbli biss għal persuni awtorizzati;
   (e) persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għal data li tkun ġiet trasmessa u wara d-data preskritta biss;
   (f) data riċevuta u miftuħa skont dawn ir-rekwiżiti trid tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha;
   (g) fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kondizzjonijiet imsemmija taħt il-punti (b), (ċ), (d), (e) u (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.
