# PPR, Skeda 5. Valuri ta’ Limiti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-5 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-5
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Regolament 9
- Amended by: A.L. 26 tal-2018; A.L. 196 tal-2020; A.L. 26 tal-2022; A.L. 361 tal-2024

Il-valur stmat tal-limiti barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), applikabbli għal kuntratti pubbliċi, hu:
   (a) €5,538,000 għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet;
   (b) €143,000 għal kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti pubbliċi ta’ provvista minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti koperti mill-Iskeda 7;
   (ċ) €221,000 għal kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u ta’ servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti subċentrali u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn tali awtoritajiet; dak il-limitu stabbiliti għandu japplika wkoll għall-kuntratti pubbliċi ta’ provvisti mogħtija minn awtoritajiet tal-gvern ċentrali li joperaw fil-qasam tad-difiża, fejn dawk il-kuntratti jinvolvu prodotti mhux koperti mill-Iskeda 7;
   (d) €750,000 għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Iskeda.
