# PPR, Skeda 13. Lista ta’ Konvenzjonijiet Internazzjonali Soċjali u Ambjentali

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-13 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-13
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

- il-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;
- il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;
- il-Konvenzjoni 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat;
- il-Konvenzjoni 105 tal-ILO dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;
- il-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-Età Minima;
- il-Konvenzjoni 111 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);
- il-Konvenzjoni 100 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali;
- il-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal;
- il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Protezzjoni tal-Faxx tal-Ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal tagħha dwar sustanzi li jeżawrixxu l-Faxx tal-Ożonu;
- il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);
- il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġsu (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);
- il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (UNEP/FAO) (il-Konvenzjoni PIC) Rotterdam, 10 ta’ Settembru 1998 u t-tliet (3) Protokolli reġjonali tagħha.
