# PPR, Skeda 12. Kontenuti tal-Istediniet għas-sottomissjoni ta’ Offerta, għal Parteċipazzjoni fid-Djalogu jew għal Konferma tal-Interess

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-12 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-12
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Regolament 242

1. Bħala minimu, l-istedina għas-sottomissjoni ta’ offerta jew għal parteċipazzjoni fi djalogu stipulati fir-regolament 242 irid ikun fihom:
   (a) referenza għas-sejħa għall-kompetizzjoni ppubblikata;
   (b) id-data ta’ skadenza għar-riċevuta ta’ offerti, l-indirizz li fuqhom iridu
## jintbagħtu l-offerti u l-lingwa jew il-lingwi li jridu jinkitbu bihom;
   (ċ) fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, id-data u l-indirizz stabbiliti għall-bidu tal-konsultazzjoni u l-lingwa jew il-lingwi użati;
   (d) referenza għal kwalunkwe dokument mehmuż possibbli li għandu jiġi sottomess, jew bħala prova ta’ dikjarazzjonijiet verifikabbli mill-offerent skont ir-regolamenti 225, u 230 to 232 u, fejn dan ikun applikabbli, ir-regolament 234 jew inkella bħala suppliment tal-informazzjoni msemmija f’dawk ir-regolamentil-Artikoli, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti 225, u 230 to 232 u r-regolament 234;
   (e) l-ippeżar relattiv tal-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jew, fejn dan ikun xieraq, l-ordni dixxendenti ta’ importanza għal dawn il-kriterji, fejn dawn ma jingħatawx fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fid-dokument deskrittiv.
Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (b) ma għandhiex tidher fl-istedina għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għas-sottomissjoni ta’ offert.
