# PPR, Skeda 11. Karatteristiċi li jikkonċernaw il-Pubblikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-11 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-11
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

1. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
L-avviżi msemmija fir-regolamenti 41, 42, 43, 46 u 169 għandhom jintbagħtu mill-awtoritajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:
L-avviżi msemmija fir-regolamenti 41, 42, 43, 46 u 169 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż informattiv minn qabel ippubblikat fuq profil ta’ xerrej skont ir-regolament 41.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-internet fuq ‘profil ta’ xerrej’ kif imsemmi fil-paragrafu 2(b).
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti lill-awtorità kontraenti l-konferma msemmija fir-regolament 44(4).
2. Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplimentarja jew addizzjonali
   (a) ħlief meta previst mod ieħor fir-regolament 49(2) u (3), l-awtoritajiet konraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-internet;
   (b) il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi informattivi minn qabel kif stipulat fir-regolament 41, informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi ta’ informazzjoni minn qabel użati bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont ir-regolament 45.
3. Il-format u l-proċeduri sabiex jintbagħtu avviżi b’mod elettroniku
Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-internet ‘http://simap.europa.eu’.
