# PPR, Skeda 10. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-Dokumenti tal-Akkwist li għandhom x’jaqsmu ma’ Irkanti Elettroniċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/skeda-10 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/schedule-10
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Regolament 185

Meta l-awtoritajiet konraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:
   (a) il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;
   (b) kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jista’ jiġi sottomess, peress li jirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;
   (ċ) l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun xierqa, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;
## (d) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;
   (e) il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn dawn ikunu xierqa, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;
   (f) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.
