# PPR, regolament 97. Regolamenti oħra applikabbli

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/97 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/97
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 176 tal-2018

(1) L-atti ġudizzjarji, atti bil-miktub u dokumenti oħra li għandhom jiġu preżentati mas-Segretarju tat-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jistgħu jiġu preżentati fir-Reġistru tal-Qrati Ċivili u Tribunali ta’ Malta.
(2) Id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 82, 83, 84, 85, 86, 88, 89, 90, 91 u 92 applikabbli għall-Bord ta’ Reviżjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis ukoll għat-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali.
