# PPR, regolament 96. Għamla

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/96 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/96
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) It-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali jkun magħmul minn chairman u żewġ membri permanenti, li wieħed minnhom jaġixxi bħala Deputat chairman, kollha maħtura mill-Prim Ministru fuq il-parir tal-Ministru għal perijodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà ta’ ħatra mill-ġdid.
(2) Il-Prim Ministru għandu wkoll jaħtar għal perijodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà ta’ ħatra mill-ġdid, elenku ta’ tliet membri sostituti biex jissostitwixxu l-membri permanenti, fl-eventwalità li wieħed jew aktar mill-membri permanenti ma jistgħux jisimgħu każ partikolari.
