# PPR, regolament 94. Rapport

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/94 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/94
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu, mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta’ sena finanzjarja, jħejji u jissottometti lill-Ministru rapport li jittratta l-prestazzjoni tal-Bord matul is-sena finanzjarja li dwarha jsir ir-rapport. Ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jipprovdi dettalji dwar appelli magħmulin minn kandidati u offerenti u kull persuna li għandha jew li kellha interess li tikseb kuntratt pubbliku partikolari skont dawn ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet li wasal għalihom il-Bord ta’ Reviżjoni.
