# PPR, regolament 91. Esperti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/91 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/91
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Meta l-Bord ta’ Reviżjoni jaħtar espert biex jassistih, dan tal-aħħar għandu jħejji rapport ffirmat li jkun fih s-sejbiet kollha magħmulin u l-konklużjonijiet tiegħu, flimkien mar-raġunijiet għal dawk il-konklużjonijiet.
(2) Il-Bord ta’ Reviżjoni għandu jagħti lill-partijiet żmien biex jikkunsidraw ir-rapport u jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom fuqu.
(3) L-esperti jistgħu jiġu eżaminati u kontro-eżaminati dwar ir-rapport tagħhom bl-istess mod bħal xhieda.
(4) Il-Bord ta’ Reviżjoni mhuwiex marbut iħaddan ir-rapport tal-espert jekk imur kontra l-konvinzjoni tiegħu.
