# PPR, regolament 90. Setgħat

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/90 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/90
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 233 tal-2017; A.L. 26 tal-2018

(1) Il-Bord ta’ Reviżjoni jkollu s-setgħa li jordna jew jippermetti emendi ta’ atti bil-miktub u li jinnomina xi espert biex jassistih fl-investigazzjonijiet tiegħu.
(2) Ikollu wkoll id-dritt li jiddetermina l-proċedura għas-smigħ tal-ilmenti kollha mressqa quddiemu u għandu jiżgura li waqt is-smigħ pubbliku l-partijiet interessati kollha jingħataw l-opportunità li jressqu il-każ tagħhom.
(3) Fid-deċiżjoni tiegħu l-Bord ta’ Reviżjoni jkollu s-setgħa li jħassar il-proċess tas-sejħa jekk huwa jidhirlu li din tkun l-aqwa soluzzjoni fiċ-ċirkostanzi tal-każ; f’dan il-każ l-ebda parti ma jkollha ebda jedd li titlob għad-danni minħabba f’tali deċiżjoni li tiġi mħassra s-sejħa.
(4) Il-Bord ta’ Reviżjoni jkollu d-dritt jieħu dawk il-miżuri temporanji kif jidhirlu xieraq.
(5) Il-komunikazzjonijiet kollha, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-appuntament ta’ każijiet, jistgħu jiġu mgħoddija mill-Bord ta’ Reviżjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.
(6) Il-Bord ikollu s-setgħat kollha li huma vestiti fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
