# PPR, regolament 9. Amministrazzjoni tal-proċess

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/9 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/9
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018; A.L. 196 tal-2020; A.L. 56 tal-2021; A.L. 26 tal-2022; A.L. 361 tal-2024

(1) Mingħajr preġudizzju għall-applikabilità tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regolamenti, il-proċess ta’ akkwisti għal kuntratti pubbliċi:
   (a) li l-valur stmat tagħhom hu inqas minn mija tlieta u erbgħin elf euro (€143,000), għandhom jinħarġu, jiġu amministrati u determinati mill-awtoritajiet kontraenti waħidhom mingħajr il-ħtieġa li jiġi involut id-Direttur;
   (b) li l-valur stmat tagħhom hu daqs jew jeċċedi l-limitu ta’ mija tlieta u erbgħin elf euro (€143,000), għandhom jinħarġu, jiġu amministrati u determinati mid-Direttur f’isem l-awtorità kontraenti;
   (ċ) li ġew ippubblikati mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali f’isem awtorità mniżżla taħt l-Iskeda 16, fejn il-valur stmat tagħhom jaqbeż l-għaxart elef euro (€10,000) iżda ma jaqbiżx is-seba' mija u ħamsin elf euro (€750,000) għandhom jiġu pubblikati, amministrati u determinati mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali weħidhom mingħajr il-ħtieġa li jiġi involut id-Direttur. Iżda fejn il-valur stmat tal-akkwist pubbliku ma jaqbiżx l-għaxart elef euro (€10,000) dan għandu jibqa’ jiġi mmexxi skont it-Taqsima III.
(2) Kuntratti pubbliċi meħtieġa minn dawk l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 3 għandhom jinħarġu, jiġu amministrati u determinati minn dawn l-awtoritajiet kontraenti waħidhom mingħajr il-ħtieġa tal-involviment tad-Direttur, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti inkluż iżda mhux limitat għad-dritt ta’ appell.
(3) Il-Ministru għandu, minn żmien għal żmien, permezz ta’ regolamenti jiddetermina l-limiti applikabbli taħt dawn ir-regolamenti. Dawn il-limiti għandhom ikunu ugwali għal, u kategorizzati bl-istess mod, bħal-limiti stabbiliti skont id-Direttivi rilevanti tal-Unjoini Ewropea kif pubblikati minn żmien għal żmien fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
