# PPR, regolament 89. Sessjonijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/89 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/89
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Is-sessjonijiet tal-Bord ta’ Reviżjoni li fihom jinstema lment isiru fil-miftuħ u kemm il-persuna li tilmenta kif ukoll kull persuna interessata għandhom id-dritt li jkunu preżenti u jkollhom magħhom xi persuna, professjonista jew xort’oħra, li huma jqisu xierqa biex tiddefendi l-interessi tagħhom.
(2) Is-segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu jżomm verbal ta’ kull ħaġa li ssir waqt kull sessjoni.
(3) Il-Bord ta’ Reviżjoni jista’ jaġġorna sessjoni jekk ikun sodisfatt li xi waħda mill-partijiet jew xi xhud ma setax jidher quddiemu minħabba mard jew assenza minn Malta.
