# PPR, regolament 87. Funzjonijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/87 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/87
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Tkun il-funzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni li jindirizza b’mod partikolari:
   (a) tħassib jew ilmenti li jitqajmu, qabel ma jagħlaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta’ offerta, minn kandidati jew persuni li għandhom interess jakkwistaw kuntratt pubbliku partikolari;
   (b) ilmenti mressqa minn offerenti jew kandidati fir-rigward ta’ esklużjonijiet, offerti mhux konformi, deċiżjonijiet dwar għoti ta’ kuntratti jew kanċellament ta’ proċeduri ta’ akkwisti wara l-aħħar data u ħin stabbiliti għas-sottomissjoni tas-sejħa għall-offerta;
   (ċ) talbiet għall-ineffettività ta’ kuntratt pubbliku kif stabbilit f’dawn ir-regolamenti;
   (d) li jisma’ u jiddetermina kull każ assenjat lilu taħt dawn ir-regolamenti jew taħt xi liġi oħra; u
   (e) li jisma’ u jiddetermina kull każ assenjat lilu f’sejħa pubblika għal offerti jew kwotazzjonijiet, ukoll jekk dik is-sejħa ma tinvolvix akkwisti pubbliċi.
