# PPR, regolament 85. Skwalifika

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/85 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/85
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Iċ-chairman jew il-membri l-oħra tal-Bord ta’ Reviżjoni jkunu skwalifikati milli jittrattaw kawża f’dawk iċ-ċirkustanzi li jiskwalifikaw imħallef f’kawża ċivili, u f’każ bħal dan iċ-chairman jew membru għandu jiġi mibdul minn membru ieħor mill-elenku.
(2) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew tkompli sservi bħala membru tal-Bord ta’ Reviżjoni jekk tkun membru tal-Kamra tad-Deputati, jew tal-Parlament Ewropew jew ta’ Kunsill Lokali jew ta’ xi bord amministrattiv ieħor jew tribunal jew jekk ikollha xi interess finanzjarju jew interess ieħor li x’aktarx jippreġudika t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Bord ta’ Reviżjoni.
(3) Kull membru tal-Bord ta’ Reviżjoni li jista’ jkollu interess dirett jew indirett f’xi kuntratt li jsir is-suġġett ta’ lment għandu jinforma liċ-chairman bil-miktub dwar dak l-interess, f’liema każ il-membru jkun prekluż milli jieħu aktar sehem fis-smigħ tal-ilment.
