# PPR, regolament 82. Tneħħija

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/82 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/82
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Il-membri tal-Bord ta’ Reviżjoni jistgħu jiġu individwalment imneħħija mill-kariga mill-Prim Ministru meta jkun hemm raġunijiet u provi ċari ta’ inabilità li wieħed jaqdi l-funzjonijiet ta’ dik il-kariga minħabba mard tal-ġisem jew tal-moħħ jew għal xi kawża oħra jew minħabba mġiba ħażina.
