# PPR, regolament 81. Għamla

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/81 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/81
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 47 tal-2025

(1) Il-Bord ta’ Reviżjoni jkun magħmul minn chairman u żewġ membri permanenti, li wieħed minnhom jaġixxi bħala Deputat chairman, kollha maħtura mill-Prim Ministru fuq il-parir tal-Ministru għal perijodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà li jerġgħu jinħatru.
(2) Il-Prim Ministru jista’ jaħtar persuna, jew tali numru ta’ persuni, bħala membri permanenti addizzjonali tal-Bord ta’ Reviżjoni li għandhom jinħatru għal perjodi ta’ żmien determinati minn qabel, li għandhom jaġixxu minflok membru permanenti wieħed jew aktar, jew il-membri permanenti kollha li jiffurmaw il-Bord ta’ Reviżjoni skont is-subregolament (1), kull meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu.
(3) Imħassar bl-Avviż Legali 47 tal-2025.
