# PPR, regolament 79. Twaqqif tal-Unità Ministerjali għall-Akkwist

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/79 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/79
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 155 tal-; A.L. 195 tal-2019; A.L. 196 tal-2020; A.L. 56 tal-2021; A.L. 26 tal-2022; A.L. 361 tal-2024

(1) Għandu jkun hemm Direttur għall-Akkwist Settorjali li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-immaniġġjar tad-Direttorat għall-Akkwist Settorjali.
(2) Il-funzjonijiet tad-Direttur għall-Akkwist Settorjali għandhom jkunu:
   (a) josserva u jħares dawn ir-regolamenti;
   (b) josserva u jħares kull istruzzjoni maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti;
   (ċ) jassigura li kull awtorità kontraenti imniżżla taħt l-Iskeda 16 hija mgħejuna fil-pubblikazzjoni ta’ sejħa għall-offerti pubblikata taħt il-proċedura miftuħa jew ristretta;
   (d) jimmaniġġja u jamministra d-Direttorat għall-Akkwist Settorjali;
   (e) jissorvelja l-attivitajiet ta’ akkwist pubbliku ta’ awtoritajiet imniżżla taħt l-Iskeda 16, hekk kif amministrata u immaniġġjata mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali, bil-għan li jassigura l-ipproċessar u għoti tas-sejħiet f’qasir żmien;
   (f) jipprovdi informazzjoni u gwida lill-awtoritajiet imniżżla taħt l-Iskeda 16, filwaqt li jassigura li l-informazzjoni u gwida mogħtija huma allinjat mad-direzzjoni, il-politiki u l-istruzzjonijiet mogħtija mid-Direttur tal-Kuntratti;
   (g) jippubblikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawn ir-regolamenti, permezz tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern, kif ukoll jiftħu fil-pubbliku, is-sejħiet għall-offerti kollha b’valur stmat li ma jaqbiżx is-seba’ mija u ħamsin elf euro (€750,000);
   (h) jieħdu miżuri xierqa biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li joħorġu mit-twettiq ta’ proċeduri tal-offerti sabiex jiġi evitat kull tagħwiġ ta’ kompetizzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi kollha;
   (i) jindikaw fid-dokumenti tal-offerti ppubblikati minnhom li l-għoti tal-kuntratt hu suġġett għal reviżjoni kif previst f’dawn ir-regolamenti u li jinkludu estratt tal-parti rilevanti tal-proċess tal-appelli f’dawk id-dokumenti biex ikunu ta’ gwida għall-operaturi ekonomiċi;
   (j) jiflu u japprovaw, b’xi tibdil jew mingħajru, dokumenti tal-offerti, qabel ma dawn jinħarġu u jiġu pubblikati;
   (k) jippubblika kull sitt (6) xhur fil-Gazzetta s-segwenti:
      (i) lista ta’ kuntratti mogħtija mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali;
      (ii) lista ta’ modifiki tal-kuntratti li jeċċedu l-valur tal-kuntratt b’aktar minn ħamsa fil-mija (5%) sakemm is-sejħa jkollha valur stmat ta’ iżjed minn għaxart elef euro (€10,000) iżda inqas minn mija tlieta u erbgħin elf euro (€143,000);
      (iii) lista tal-modifiki kollha għal-kuntratti li kellhom valur stmat li jilħaq jew jeċċedi mija tlieta u erbgħin elf euro (€143,000) iżda ma jeċċedix is-seba’ mija u ħamsin elf euro (€750,000);
   (l) jibgħat ir-rakkomandazzjonijiet għall-għotja tal-kuntratti lill-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti;
   (m) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-offerti f’isem awtoritajiet kontraenti skont kif jipprovdu dawn ir-regolamenti;
   (n) japprova estensjonijiet fil-perijodu jew il-kanċellament ta’ proċedura ta’ offerti; u
   (o) jibgħat kopja tal-kuntratti lid-Direttur tal-kuntratti meta dan tal-aħħar hekk jitlob.
(3) Minkejja dak li hemm imniżżel f’dawn ir-regolamenti l-Ministru jista’ jordna li awtorità kontraenti mniżżla fl-Iskeda 16 għandha tgħaddi s-sejħiet għal offerti lid-Direttur sabiex dawn jiġu amministrati minnu skont ir-regolament 12 u 13 u dan irrispettivament mill-valur stmat tal-kuntratt.
(4) Il-kuntratti li jirriżultaw minn sejħa għall-offerti ppubblikata mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali għandhom jiġu ffirmati mill-kap tal-awtorità kontraenti, jew minn persuna oħra delegata minnha bil-miktub, li f’isimha ġiet ippubblikata s-sejħa.
(5) Imħassar bl-Avviż Legali 56 tal-2021.
