# PPR, regolament 78. Twaqqif tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti, għamla u modus operandi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/78 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/78
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 56 tal-2021

(1) Meta l-Prim Ministru jiddetermina li l-aġġudikazzjoni ta’ offerti għall-għoti ta’ kuntratt partikolari teħtieġ kompetenza speċjali, abbiltà jew għarfien ieħor speċjalizzat, hu jista’ jaħtar Kumitat Speċjali tal-Kuntratti għall-għoti ta’ dak il-kuntratt pubbliku.
(2) Il-membri tal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti għandhom jinħatru għall-perijodu tal-proċess ta’ aġġudikazzjoni tas-sejħa partikolari għal offerti.
(3) Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-regolament 17(1)(b) id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti 64 sa 72 għandhom mutatis mutandis japplikaw għall-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti.
