# PPR, regolament 77. Għamla u modus operandi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/77 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/77
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Kull Kumitat ad hoc ikun magħmul mill-kap tad-dipartiment, jew, fl-assenza tiegħu, uffiċjal maħtur mill-Ministru minn fost l-aktar uffiċjali anzjani fl-awtorità kontraenti li twettaq l-akkwist. Din il-persuna nominata tkun, ex officio, iċ-chairman tal-Kumitat flimkien ma’ mhux inqas minn erba’ membri oħra maħtura mill-Ministru, li ebda wieħed minnhom ma għandu jkun qed iwettaq dmirijiet fi, jew ikun membru tal-persunal tad-dipartiment li jeffettwa l-akkwist pubbliku.
(2) Il-funzjoni tal-Kumitat ad hoc tiġi indikata mill-Ministru fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
