# PPR, regolament 74. Għamla

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/74 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/74
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 233 tal-2017

Il-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti għandu jkun magħmul minn tliet membri, kif ġej:
   (a) chairman, li jkun Il-Kap tad-Dipartiment responsabbli għas-Servizzi Korporattivi, jew ir-rappreżentant tiegħu;
   (b) membru maħtur mis-Segretarju Permanenti tal-ministeru konċernat; u
   (ċ) membru li jirrappreżenta lid-Direttur tal-Kuntratti.
