# PPR, regolament 73. Twaqqif tal-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/73 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/73
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt
- Amended by: A.L. 155 tal-2017; A.L. 56 tal-2021

Għandu jkun hemm Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti għall-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Iskeda 2 u fl-Iskeda 16, li għandu jkun responsabbli għall-proċessi ta’ akkwisti pubbliċi b’valur stmat li jibda’ minn €10,000 sal-limitu stabbilit taħt ir-regolament 9(1)(a): Iżda fil-każ ta’ sejħiet għall-offerti ppubblikati mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali ir-responsabbiltà tal-proċess għandu jiżdied għall-akkwisti pubbliċi li għandhom valur stmat li iżda ma taqbiżx is-seba' mija w ħamsin elf euro (€750,000).
