# PPR, regolament 71. Laqgħat

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/71 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/71
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-laqgħat tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti għandhom jissejħu miċ-chairman li għandu jippresjedi f’dawn il-laqgħat. Tliet membri tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jikkostitwixxu quorum fil-laqgħa tal-kumitat.
(2) Il-laqgħat tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jkunu miftuħa għall-pubbliku waqt li jinfetħu l-offerti. Il-lista ta’ offerti li jkunu ġew milqugħa, flimkien mal-prezzijiet rispettivi, jingħataw pubblikament mid-Direttur minnufih wara li jinfetħu u jiġu skedati.
(3) Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti u l-Kumitat tal-Kuntratti Speċjali, stabbiliti skont dawn ir-regolamenti, għandhom jirregolaw il-proċeduri tagħhom, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dawn ir-regolamenti.
