# PPR, regolament 68. Żvelar ta’ interess

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/68 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/68
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Membru tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti li jkollu interess dirett jew indirett f’xi kuntratt ittrattat minn dak il-kumitat għandu jiżvela n-natura tal-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara li l-fatti rilevanti jkunu ġew għall-għarfien tiegħu u dak l-iżvelar għandu jiġi reġistrat fil-minuti ta’ dik il-laqgħa tal-kumitat u l-membru li jkollu interess kif intqal qabel għandu jirtira minn dawk il-laqgħat fejn jiġi diskuss dak il-kuntratt.
