# PPR, regolament 65. Għamla

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/65 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/65
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jkun magħmul mid-Direttur tal-Kuntratti, li jkun ex officio chairman, flimkien ma’ membri oħra li m’għandhomx ikunu inqas minn erbgħa iżda mhux aktar minn għaxra, li l-Prim Ministru jidhirlu li għandhom il-kwalifiki u l-esperjenza rilevanti.
(2) Matul l-assenza taċ-chairman jew l-inabilità taċ-chairman li jaġixxi, jew meta jkun hemm vakanza fil-kariga ta’ chairman, il-Prim Ministru jista’ jaħtar uffiċjal minn fost l-aktar uffiċjali anzjani fid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jaġixxi bħala chairman tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti, biex jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq l-funzjonijiet kollha taċ-chairman.
