# PPR, regolament 61. Għotja

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/61 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/61
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Kuntratti li l-valur stmat tagħhom jaqa’ taħt ir-regolament 9(1)(a) għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti skont ir-regolamenti 239 u 240 sakemm l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tkun ivverifikat skont ir-regolamenti 230, 231, 232 u 233 li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew osservati:
   (a) l-offerta hi konformi mar-rekwiżiti, kondizzjonijiet u kriterji stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist; u
   (b) l-offerta hi sottomessa minn offerent li mhuwiex eskluż skont it-Taqsima VI u li hu konformi mal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont ir-regolament 217.
(2) Il-kuntratti li l-valur stmat tagħhom jaqa’ taħt ir-regolament 9(1)(a) għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji stipulati skont ir-regolamenti 239, 240 u 243, sakemm l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tkun ivverifikat f’konformità mar-regolamenti 230, 231, 232 u 233 li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma sodisfatti:
   (a) l-offerta tħares ir-rekwiżiti, il-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess u fid-dokumenti tal-akkwist, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni, fejn applikabbli, ir-regolamenti 33 sa 37;
   (b) l-offerta ġejja minn offerent li mhuwiex eskluż skont it-Taqsima VI u li jissodisfa l-kriterji ta’ għażla stipulati mill-awtorità kontraenti skont ir-regolament 217 u, fejn applikabbli, ir-regoli dwar nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-kriterji msemmija fir-regolament 237.
