# PPR, regolament 6. Kuntratti sussidjati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/6 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/6
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw ukoll għal kuntratti ta’ xogħlijiet u servizzi li huma sussidjati direttament mill-awtoritajiet kontraenti b’aktar minn 50%, fejn dawn il-kuntratti jkunu jinvolvu waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
   (a) attivitajiet ta’ inġinerija ċivili kif elenkati fl-Iskeda 15;
   (b) xogħol ta’ bini għal sptarijiet, faċilitajiet maħsuba għall-isport, rikreazzjoni u divertiment, bini ta’ skejjel u universitajiet u bini użat għal skopijiet amministrattivi.
(2) L-awtoritajiet kontraenti li jipprovdu sussidji msemmija fis-subregolament (1) għandhom jiżguraw l-osservanza ta’ dawn ir-regolamenti meta ma jkunux huma stess li jagħtu l-kuntratt sussidjat jew fejn huma jagħtu dak il-kuntratt f’isem u għan-nom ta’ entitajiet oħra.
