# PPR, regolament 59. Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/59 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/59
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta’ parir lill-awtorità kontraenti jew l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa, sew fil-kuntest tar-regolament 47 kif ukoll jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, l-awtorità kontraenti jew l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla minħabba fil-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.
(2) Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
(3) Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist ma jistax joħloq tfixkil tal-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali meħtieġ mir-regolamenti 113 jew 241, kif ikun il-każ.
