# PPR, regolament 57. Operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stat Membru ieħor

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/57 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/57
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz relevanti, ma għandhomx jiġu mwarrba minħabba r-raġuni unika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi: Iżda, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u ta’ xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.
