# PPR, regolament 50. Stedina lil kandidati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/50 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/50
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, b’mod simultanju u bil-miktub, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jissottomettu l-offerti tagħhom jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, sabiex jieħdu sehem fid-djalogu.
(2) L-istediniet għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għad-dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fir-regolament 49(1) u (2) u li ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fis-subregolament (1) għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 12.
