# PPR, regolament 49. Disponibilità ta’ dokumenti tal-akkwisti b’mod elettroniku

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/49 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/49
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Fir-rigward ta’ offerti li l-valur stmat tagħhom jaqa’ taħt l-Iskeda 5, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha, b’mezzi elettroniċi, toffri aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż skont ir-regolament 44 jew mid-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fuqu hija aċċessibbli d-dokumentazzjoni.
(2) Fir-rigward ta’ offerti li l-valur stmat tagħhom jaqa’ taħt l-Iskeda 5, fejn ma jistax jiġi offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fir-regolament 48(2), l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ tindika fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux elettroniċi: Iżda f’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fir-regolamenti 116(3), 122 u 125.
(3) Fir-rigward ta’ offerti li l-valur stmat tagħhom jaqa’ taħt l-Iskeda 5, fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokument tal-akkwist minħabba l-fatt li l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha l-intenzjoni li tapplika d-dispożizzjoinijiet tar-regolament 40(3), hija għandha tindika fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma tal-interess liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni hija tesiġi u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati: Iżda f’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti għandu jiġi estiż b’ħamest ijiem, ħlief fil-każijiet ta’ urġenza debitament issostanzjata msemmija fir-regolamenti 116(3), 122 u 125.
