# PPR, regolament 47. Konsultazzjonijiet preliminari mas-suq

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/47 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/47
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet dwar is-suq bil-ħsieb li jitħejja l-akkwist u jiġu infurmatil-operaturi ekonomiċi dwar il-pjanijiet tagħhom dwar l-akkwist u r-rekwiżiti.
(2) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju, jfittxu jew jaċċettaw konsulenza minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn parteċipanti fis-suq. Dik il-konsulenza tista’ tintuża fl-ippjanar u t-tmexxija tal-proċedura ta’ akkwist, sakemm din il-konsulenza ma jkollhiex l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma tirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.
