# PPR, regolament 46. Avviż ta’ kompetizzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/46 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/46
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa li bi ħsiebha torganizza kompetizzjoni ta’ disinn b’valur stmat li tilħaq jew teċċedi l-limitu stabbilit fl-Iskeda 5 għandha tħabbar l-intenzjoni tagħha permezz ta’ avviż ta’ kompetizzjoni.
(2) Fejn tkun bi ħsiebha tagħti kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont ir-regolament 154(1)(b), dan għandu jkun indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Fil-każ fejn ma jkunx hemm bżonn li jiġi ppubblikat avviż ta’ kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti trid tagħmel l-intenzjoni tagħha ċara fid-dokumenti tal-akkwist.
(3) L-awtorità li organizzat il-kompetizzjoni ta’ disinn għandha tibgħat avviż bir-riżultati tal-kompetizzjoni skont ir-regolament 44 u għandha tkun tista’ tagħti prova tad-data ta’ meta tkun bagħtet l-avviż.
(4) Fejn l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jxekkel l-infurzar tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ impriża partikolari, kemm jekk pubblika jew privata, jew jista’ jippreġudika kompetizzjoni leali bejn fornituri ta’ servizzi, din l-informazzjoni tista’ tinżamm milli tiġi ppubblikata.
(5) L-avviżi msemmija fis-subregolamenti (1) sa (4) għandhom jiġu ppubblikati skont ir-regolamenti 44 u 45. Dawn għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita rispettivament fl-Iskeda 9 taqsimiet E u F fil-format tal-formoli standard.
