# PPR, regolament 44. Forma u mod ta’ pubblikazzjoni ta’ avviżi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/44 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/44
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 41, 42 u 43 huma obbligatorji biss fir-rigward ta’ offerti li l-valur stmat tagħhom hu daqs jew jeċċedi l-limiti stabbiliti fl-Iskeda 9 fil-format ta’ forom standard, inklużi forom standard għal rettifiki.
(2) Dawn l-avviżi għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ppubblikati u ppubblikati skont l-Iskeda 10.
(3) L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa għandha tkun tista’ tipprovdi provi tad-dati li fihom jintbagħtu l-avviżi.
(4) Il-konferma dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.
