# PPR, regolament 42. Avviżi dwar kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/42 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/42
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) L-avviżi dwar kuntratti għandhom jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regolament 150.
(2) L-avviżi dwar kuntratti għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 9 taqsima Ċ u għandhom jiġu ppubblikati skont ir-regolament 44.
