# PPR, regolament 41. Avviżi ta’ informazzjoni minn qabel

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/41 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/41
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ tħabbar l-intenzjoni tagħha dwar akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 9 taqsima B sezzjoni I. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew mill-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa fuq il-profili ta’ xerrejja tagħhom skont il-paragrafu 2(b) tal-Iskeda 11. Meta l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel ikun ippubblikat mill-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa fuq il-profil ta’ xerrejja tagħha għandha tibgħat avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta’ xerrejja lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tagħhom f’konformità mal-Iskeda 11. Dawk l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 9 taqsima A.
