# PPR, regolament 39. Trattament ugwali, trasparenza u proporzjonalità

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/39 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/39
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw operaturi ekonomiċi b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonali.
(2) L-offerent għandu jiġi magħżul b’mod trasparenti u skont il-proċedura preskritta.
(3) Id-disinn tal-akkwist pubbliku ma għandux isir bl-intenzjoni li jeskludi mill-kamp tiegħu ta’ applikazzjoni dawn ir-regolamenti jew li b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni titqies li ġiet imnaqqsa b’mod artifiċjali meta d-disinn tal-akkwist pubbliku jsir bl-intenzjoni li jiffavorixxi b’mod inġustifikat jew ikun ta’ żvantaġġ għal ċerti operaturi ekonomiċi.
(4) Sakemm huma koperti mill-Annessi 1, 2, 4 u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehim internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehim trattament li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.
