# PPR, regolament 38. Ċarezza tad-dokumenti tal-akkwist

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/38 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/38
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Id-dokument tal-akkwist għandu jkun miktub b’termini ċari u mhux ambigwi sabiex il-partijiet kollha interessati jkunu jistgħu jifmu sew il-patti u l-kondizzjonijiet tal-proċess.
(2) Jekk mitluba biżżejjed qabel, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu lill-offerenti kollha li jieħdu sehem fil-proċedura ta’ akkwist informazzjoni addizzjonali li tirrigwarda speċifikazzjonijiet u kull dokument ta’ sostenn mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel it-terminu perentorju stabbilit biex jiġu riċevuti l-offerti.
(3) Fil-każ ta’ proċedura aċċellerata kif imsemmi fir-regolament 116(3) u fir-regolament 122, il-perijodu stabbilit b’dan ir-regolament għandu jkun ta’ erbat ijiem.
(4) L-awtorità kontraenti jew l-awtorità governattiva ċentrali jistgħu joħorġu noti ta’ kjarifika biex jispjegaw ċerti materji, biex jagħtu informazzjoni addizzjonali, biex ineħħu jew jemendaw ċerti inkonsistenzi jew żbalji u biex jimlew informazzjoni nieqsa li jkun hemm fid-dokument tal-akkwist.
(5) Meta tkun maħruġa fit-noti ta’ kjarifika, l-informazzjoni addizzjonali u d-dokument ta’ sostenn għandhom jiffurmaw parti integrali tad-dokument tal-akkwist.
