# PPR, regolament 37. Lottijiet kombinati

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/37 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/37
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

Fejn jista’ jingħata aktar minn lott wieħed lill-istess offerent, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti li jikkombinaw diversi lottijiet jew il-lottijiet kollha fejn ikunu speċifikaw fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istendina għall-konferma tal-interess li huma jirriservaw il-possibbiltà li jagħmlu dan u jindikaw il-lottijiet jew il-gruppi li jistgħu jiġu kkombinati.
