# PPR, regolament 36. Limitazzjoni ta’ lottijiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/36 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/36
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, ukoll fejn jistgħu jiġu ppreżentati offerti għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha, jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed, sakemm in-numru massimu ta’ lottijiet għal kull offerent ikun iddikkjarat fl-avviż dwar il-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw l-objettiv u l-kriterji jew ir-regoli mhux diskriminatorji li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw biex jiddeterminaw liema lottijiet ser jingħataw fejn l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti tirriżulta fl-għoti lil offerent wieħed ta’ aktar lottijiet min-numru massimu.
