# PPR, regolament 289. Limiti ta’ żmien estiżi

- URL: https://procurelex.mt/mt/ppr/289 · English: https://procurelex.mt/en/ppr/289
- Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (L.S. 601.03), consolidated version in force from 2025-06-27; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.3/mlt

(1) Il-ferjat tal-Qrati msemmija fir-Regoli dwar il-Prattika u l-Proċeduri tal-Qrati u l-Bon Ordni m’għandhomx iżommu milli jinstemgħu fiż-żmien tal-ferjat appelli mressqa taħt dawn ir-regolamenti.
(2) F’kull żmien, il-Qorti tista’, għal raġunijiet serji u neċessarji, permezz ta’ digriet testendi għal perijodu raġonevoli ż-żminijiet li huma imposti fuqha skont dawn ir-regolamenti.
